You Are HereHome / Avviz 02-2017 Ġita ta’ Jumejn fi Sqallija
Christopher Buhagiar
16Jun
in: Uncategorized 0

8 u 9 ta’ Lulju 2017

Organizzata mill-Kunsill Lokali tal-Fontana

INZURU

Falconara, Porto Empedocle, Scala dei Turchi, Valle dei Templi, Punta Secca, Muntanji Sicani, Sant’ Angelo Muxaro, Shopping gewwa Ċentru Kummerċjali f’Agrigento fiċ-Citta dei Templi

Il-prezz hu ta’ €290 kull persuna, €210 għat-tfal bejn 4 u 14-il sena u €100 għat-tfal taħt 4 snin.

PREZZ JINKLUDI:

  • Vjaġġ bil-katamaran Malta/Pozzallo/Malta inkluz it-taxxi, port charges u fuel surcharges kollha;
  • Trasport bil-coach Fontana-Mgarr-Fontana u Cirkewwa-Valletta-Cirkewwa (bħas-snin imgħoddija din se tkun a’ kariku tal-Kunsill Lokali Fontana)
  • Vjaġġ bil-vapur Mgarr-Cirkewwa-Mgarr (bħas-snin imgħoddija din se tkun a’ kariku tal-Kunsill Lokali Fontana)
  • Servizz ta’ tour leader minn Mario Spiteri ta’ Go Sicily travel.
  • L-eskursjonijiet kollha ġewwa Sqallija skond il-programm t’hawn fuq permezz ta’ coach li tkun maħhna l-ħin kollu
  • Akkomodazzjoni fuq bazi half-board go double/twin room sharing fil-lukanda ta’ 4 stilel Hotel Della Valle ġewwa Agrigento. Għal min irid kamra singola japplika Single Supplement ta’ EUR 20 kull persuna.
  • Ikla 6-course ġewwa Agriturismu tipiku Siċiljan fuq il-muntanji Sicani, inkluz ilma minerali, nbid lokali u kafe’.

Min hu interessat li jingħaqad magħna għal din l-attivita’, għandu jiġi l-uffiċċju tal-kunsill sabiex jinkiteb bejn is-7.30am u s-1.30pm, sa mhux aktar tard mill-Erbgħa, 28 ta’ Ġunju. KUNU AVZATI LI POSTIJIET HUMA LIMITATI.

Il-ħlas isir nhar it-Tlieta, 4 ta’ Lulju fl-uffiċċju tal-Kunsill, bejn id-9.00am u nofsinhar.