You Are HereHome / Avviz 01-2017
Christopher Buhagiar
02Mar
in: Uncategorized 0

Il-Kunsill Lokali tal-Fontana jixtieq jinfurmakom li bħalissa hemm applikazzjonijiet tal-Awtorita’ tal-Ippjanar biex tirrestawra l-faċċata tad-dar/djar tagħkom permezz tal-iskema Irrestawra Darek. Wieħed jista’ japplika sa mhux iktar tard mit-30 t’April 2017 u din hija fuq bazi ta first come, first served. Residenti huma biss eliġibbli li japplikaw jekk id-dar in kwistjoni hija fl-Urban Conservation Area li ġie magħzul mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, li huwa: Pjazza l-Għejjun, Parti minn Trejqet wara l-Idjar, Sqaq ta’ Kaput, Triq il-Ghajn (mill-Knisja ‘l fuq), Triq iċ-Ċentru Parrokkjali, Triq l-Isptar San Ġiljan (minn Triq is-Sajjieda l’ isfel), Triq Dun Guzepp Grima, Trejqet Bieb il-Għajn, l-isqaqien li jinstabu matul Triq il-Ghajn, Triq il-Kappillan Guzepp Hili u parti minn Triq il-Qalb ta’ Ġesu’. Għal izjed informazzjoni mur l-uffiċċju tal-Kunsill Lokali jew irreferi għall-mappa li hemm imwaħħla man-notice board tal-istess uffiċċju.

“Darba Waħda” huwa proġett tal-Valletta 18 li beda fl-2015 madwar diversi lokalitajiet f’Malta. Permezz ta’ dan il-proġett it-tfal ta’ bejn 9 u 15-il sena jistgħu jiltaqgħu ma’ anzjani biex jikkomunikaw permezz ta’ attivitajiet li jinkludu crafts, ezerċizzji fiziċi, logħob, drama, story-telling u ħafna oħrajn. Dan il-proġett se jsir fl-iskola primarja tax-Xagħra minn l-1 ta’ Marzu sa nofs Mejju. Jistgħu jipparteċipaw nies minn Għawdex kollu u parteċipazzjoni hija b’xejn. Se jkun qed jiġi offrut transport b’xejn ukoll.

Il-Kunsill jixtieq javza illi l-post ta’ ambaxxatur taz-zgħazagħ fil-lokalita’ tagħna hija bħalissa vakanti. Għalhekk dawk iz-zgħazagħ li jixtiequ jimlew dan il-post, għandhom iressqu l-interess tagħhom għall-attenzjoni tal-kunsill. Dan jista’ jsir permezz ta’ emejl fuq fontana.lc@gov.mt jew billi zzur l-uffiċċju fil-ħinijiet tal-ftuħ.

Nixtiequ nfakkru illi l-kunsill għandu l-boroz grizi għall-ġbir tal-iskart riċiklabbli (ta’ nhar ta’ Tlieta)  u għalhekk min jixtieq, jista’ jzur l-uffiċċju għal dawn il-boroz. Wieħed għandu jġib miegħu u juri l-karta tal-identita’.