You Are HereHome / Ġita ta’ Jum fi Sqallija (Programm)
Christopher Buhagiar
16Jun
in: Uncategorized 0

Wara s-success li ksibna bil-giti li organizzajna gewwa Sqallija kull sena mill-2011 ‘il hawn, din is-sena ser nergghu norganizzaw mawra ohra fi Sqallija, fejn din id-darba se nzuru:

* MARZAMEMI * RISERVA NATURALI TAL-VENDICARI  * PACHINO * MARINA DI MODICA * SHOPPING GEWWA AUCHAN TA’ SIRACUSA

Programm:

1.00am Niltaqghu quddiem il-Knisja tal-Fontana sabiex inkunu nistghu nirkbu l-coach li twassalna sal-port tal-Imgarr

1.30am                 Naqbdu il-vapur lejn Malta

2.00am Naslu Malta fejn insibu coach ohra tistenniena sabiex tehodna lejn il-Virtu Ferries passenger terminal gewwa l-Belt Valletta. Check-in u mbarkazzjoni fuq il-catamaran MV Jean de la Vallette, li huwa lussuz u komdu hafna u l-akbar katamaran fil-Mediterran.

5.00am                 Nitilqu minn Malta fejn inkunu nistghu anke ngawdu xenarju sabih tal-Port il-Kbir minn fuq il-katamaran

07:00am               Naslu fil-port ta’ POZZALLO fejn insibu l-coach lussuza taghna tistenniena u li tohodna gewwa Marina di Modica.

07:15     Wasla gewwa l-bajja pittoreska ta’ Marina di Modica, fejn ikollna hin liberu biex wiehed jista’ jiehu kafe’ u xi kannol tal-irkotta (mhux inkluzi fil prezz) fid-Dolceria li tinsab fil-pjazza. Hin ukoll biex wiehed igawdi s-sbuhija naturali ta’ din il-bajja.

08:00 Tluq lejn ic-centru kummercjali Auchan gewwa Melilli

09:30 Wasla fic-Centru Kummercjali Auchan gewwa Melilli. Hin liberu ghax-shopping f’dan ic-Centru Kummercjali.

12:00 Tluq lejn l-Agriturismo

12:30 Naslu fl-Agriturismo, fejn ikollna ikla tipika Siciljana li tkun tikkonsisti f’antipasto, zewg tipi ta’ ghagin, Main Course ibbazat fuq il-laham, kontorn, deserta u kafe’. Imbid lokali u ilma naturali kemm wiehed jixtieq inkluz fil-prezz.

14:30 Wara l-ikel inzuru r-Riserva Naturali tal-Vendicari hdejn i-bahar. Hawnhekk inkunu nistghu naraw is-Salini, fejn jghixu u jbejtu diversi “flamingoes”. Naraw ukoll it-tunnara tal-Vendicari kif ukoll it-torri Normann. Hin liberu biex wiehed ikun jista’ jistrieh xi ftit, u anke jghum jekk irid, f’din l-oasi trankwilla.

16:30 Inzuru kantina tipika tal-familja Sultana vicin ir-rahal ta’ Marzamemi. Il-familja Sultana originat minn Ghawdex u kienet emigrat lejn Pachino lejn l-ahhar tas-seklu dsatax. Hawnhekk ahna nippruvaw zewg tipi ta’ mbid li tipproduci din il-kantina: l-imbid ahmar “48 ore Bufalefi” kif ukoll l-imbid rose’ “Pistammutta”, li huma prodotti minn din il-kantina stess. Ikollna ukoll diversi tipi ta’ appetizers, fosthom zebbug, tadam imqadded, zalzett, salami, gobon, incova u krustini tal-honz.

17:30 Inzuru r-rahal tas-sajjieda ta’ Marzamemi, fejn hawnhekk inkunu nistghu inzuru c-centru storiku fejn hemm il-pjazza centrali pittoreska biz-zewg knejjes dedikati lil San Frangisk ta’ Paola, it-Tunnara ta’ Marzamemi, kif ukoll id-diversi djar zghar tas-sajjieda li kienu nbnew lejn l-ahhar tas-seklu 19 sabiex fihom jospitaw 50 familja Siciljana u 50 familja Maltija skond pjan imfassal mill-Baruni Rudini’ sabiex iqajjem l-industrija tas-sajd u tal-agrikoltura f’dawn l-inhawi. Illum dawn id-djar zghar qeghdn jinbidlu f’pubs, ristoranti, hwienet u djar ghall-vaganzi. Go Marzamemi ikollna hin liberu wkoll sabiex inzuru liz-zewg azjendi Adelfio u Campisi li jispecjalizzaw fil-prodotti tal-ikel, bhalma huma l-bottarga tat-tonn, tadam imqadded, gobnijiet u hafna prodotti ohra tipici. Hin liberu gewwa Marzamemi.

19:15 Tluq lejn il-port ta’ Pozzallo. Matul it-triq ahna, nghaddu miz-zona Agricola ta’ Pachino fejn hemm bosta serer li fihom jitkabbar il-famuz “cherry tomato” maghruf bhala Ciliegino di Pachino, kif ukoll frott u haxix iehor bhal bettieh, dulliegh u brungiel. Din ukoll hija zona b’hafna dwieli, citru u sigar taz-zebbug.

20:30 Wasla fil-port ta’ Pozzallo u imbarkazzjoni fuq il-katamaran

21:30     Tluq minn Pozzallo lejn Malta

23:30     Naslu Malta fejn insibu l-coach tistenniena sabiex tehodna lejn ic-Cirkewwa fejn inkunu nistghu naqbdu l-vapur tas-1.15am

01.45     Naslu Ghawdex fejn ikollna coach li twassalna lura lejn il-Fontana

Din it-tour se tkun immexxija bhas-snin li ghaddew minn MARIO SPITERI, ta’ www.gosicilytravel.com

Il-prezz se jkun ta’ EUR 149 kull persuna (EUR 65 ghat-tfal li sal-1/7/2015 ma jkunux ghadhom ghalqu l-14-il sena u B’XEJN ghat-tfal taht l-4 snin) li jkun jinkludi:

▪ Vjagg bil-katamaran Malta/Pozzallo/Malta inkluz it-taxxi, port charges u fuel surcharges kollha;

▪ Trasport bil-coach Fontana-Mgarr-Fontana u Cirkewwa-Valletta-Cirkewwa (bhas-snin imghoddija din se tkun a kariku tal-kunsill lokali)

▪ Vjagg bil-vapur Mgarr-Cirkewwa-Mgarr (bhas-snin imghoddija din se tkun a kariku tal-kunsill lokali)

▪ L-eskursjonijiet kollha gewwa Sqallija skond il-programm t’hawn fuq permezz ta’ coach li tkun maghna l-hin kollu

▪ Ikla 6-course gewwa Agriturismu, inkluz ilma minerali, mbid lokali u kafe’.

▪ Degustazzjioni tal-imbid flimkien ma’ appetizers gewwa l-kantina tal-familja Sultana vicin Marzamemi.

▪ Servizz ta’ tour leader, MARIO SPITERI ta’ GO SICILY  TRAVEL, li huwa specjalizzat f’giti u eskursjonijiet gewwa Sqallija.

Kull min huwa interessat li jinghaqad maghna ghal din il-mawra sabiha gewwa Sqallija ghandu jimla il-formola li tinsab fl-ufficcju tal-Kunsill Lokali tal-Fontana sa mhux aktar tard mill-Hamis 30 ta’ Gunju 2016. Il-hlas isir il-Ħamis 30 ta’ Ġunju fl-ufficcju tal-Kunsill Lokali tal-Fontana bejn id-9.00am u l-12.00pm.

IMPORTANTI!!!

Kull min jixtieq jigi ghal din il-gita ghandu jizgura li ghandu KARTA TAL-IDENTITA’ MHUX SKADUTA jew PASSAPORT VALIDU. Fil-kaz ta’ tfal taht it-18-il sena, dawn ghandhom ikollhom PASSAPORT VALIDU.

F’kaz ta’ diffikulta’ jew aktar informazzjoni, wiehed ghandu jikkuntattja lil:

SALVU BORG, SINDKU    (Tel: 79220259)  MARIO SPITERI, TOUR LEADER   (Tel: 79742459)