You Are HereHome / Jum il-Fontana (1 ta’ Diċembru 2015)
Christopher Buhagiar
16Mar
in: Uncategorized 0

Ġie mfakkar it-22 anniversarju tat-twaqqif tal-Kunsill Lokali. Saret quddiesa ta’ ringrazzjament fil-knisja parrokjali fejn attendew is-Sindku u l-kunsilliera Horace Micallef, Carmel Farrugia u Mario Mercieca. Wara kien hemm it-tqegħid ta’ kuruna mal-Monument tas-Sajjieda mis-Sindku fil-prezenza tal-kunsilliera u l-Kapillan. L-attivita’ tkompliet b’serata soċjo-kulturali fil-Sala tal-Kommunita’ fejn ingħata kunċert minn ‘D Capitals Band’ flimkien mal-kantanta residenti tal-band, Francesca Sciberras. F’din is-serata ġie mogħti t-Trofew ta’ Ġieħ il-Fontana tal-ħidma kbira li wettqu, fil-parroċċa u anke fil-Fontana, il-mibkija Toni Farrugia u Emanuel Schembri. Dan it-trofew ġie pprezentat mis-Sindku lis-sinjuri Marianne Farrugia u Cassie Zammit f’isem dawn il-benefatturi tal-Fontana.

_MG_1574 _MG_1604 _MG_1653 _MG_1563